Aċċess għad-dejta miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Dejta Miftuħa tal-UE Tagħrif
Menu

Kif taħdem il-funzjoni tat-tfittxija

Il-portal jippovdi katalgu ta’ metadejta li jagħti aċċess għal dejta prodotta mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħrajn tal-UE. Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid, din il-metadejta hija bbażata fuq regoli komuni tal-kodifikazzjoni u vokabularji standardizzati. Biex issir taf aktar, mur fuq id-Dejta Llinkjata.

Id-dejta hija disponibbli f’formati li jippermettu li tinqara kemm min-nies kif ukoll mill-magni b’mod li tista’ tintuża mill-ġdid minnufih. Issib ukoll għażla ta’ applikazzjonijiet mibnijin madwar id-dejta tal-UEBiex issir taf aktar, mur fuq id-Programmi.

Dejta miftuħa — x’inhuma l-benefiċċji?

Bħala prinċipju ġenerali, tista’ tuża d-dejta mill-ġdid mingħajr ma tħallas xejn, dment li ssemmi s-sors (ara l-avviż legali).Għal parti żgħira mid-dejta hemm kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu mill-ġdid, li għandhom x’jaqsmu l-aktar mal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ partijiet terzi fuq il-proprjetà intellettwali. Hemm link għal dawn il-kundizzjonijiet fil-paġni rilevanti tad-dejta.

Għalfejn qiegħed il-portal?

Għan importanti ieħor tal-portal huwa li jibni kuntatt mal-komunità tal-utenti tad-dejta miftuħa tal-UE. Tista’ tipparteċipa billi

  • Min jipprovdi d-dejta?
  • tgħaddi l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek, u
  • taqsam ma’ ħaddieħor l-apps tiegħek jew tagħrif dwar l-użu li tkun għamilt mid-dejta miksuba mill-portal.

Ikkuntattjana!

It-tim tal-Portal tad-Dejta Miftuħa

Il-qasam tat-tiftix fuq it-tab tad-dejta jippermettilek tfittex għal settijiet tad-dejta li jużaw test ordinarju jew li tfittex f'oqsma partikulari tas-settijiet tad-dejta.

Għall-għażla tat-test ordinarju, it-test tal-informazzjoni li tiddaħħal se jkun qed jitfittex fl-oqsma kollha tal-metadejta. Bil-buttuni tar-radju taħt il-qasam tat-tiftix hu possibbli li tirfina l-aġir tal-magna ta' tiftix billi tagħżel "b'dawn il-kelmiet kollha", "bi kwalunkwe waħda minn dawn il-kelmiet" jew "bil-frażi eżatta".

Għat-tiftix li juża qasam speċifiku ta' metadejta, is-serje ta' karattri tal-informazzjoni li tiddaħħal tista' tkun mogħtija prefiss bl-isem tal-qasam. Pereżempju, biex tfittex għal:

  • “forest” fil-qasam tat-titlu biss, il-mistoqsija għandha tkun title:forest
  • “forest” fid-deskrizzjoni biss, il-mistoqsija għandha tkun notes:forest
  • “forest” bħala kelma ewlenija biss, il-mistoqsija għandha tkun tags:forest

Biex tfittex għan-numru tal-verżjoni, modifika jew dati ta' ħruġ, il-mistoqsijiet għandhom ikunu kif ġej:

  • version:4_4
  • modified=2014-02-27
  • issued=2014-02-21

Il-lista tal-oqsma tista' tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-worksheet (il-kolonna oqsma CKAN).

Websajts ta' dejta miftuħa relatati