Aċċess għad-dejta miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Dejta Miftuħa tal-UE Rokna tal-iżviluppaturi
Menu

Rokna tal-iżviluppaturi

Il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE għandu l-għan li jħeġġeġ l-użu ta' settijiet ta' dejta tal-UE għall-bini ta' applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi Biex jgħinu jintlaħaq dan, qed jiġu proposti żewġ interfaċċi ta' programmar għall-iżviluppaturi.

Aċċess għal REST API

Mod biex ikollok aċċess għall-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE hu li tuża r-REST API. Il-funzjonalitajiet ewlenin kollha tal-portal huma disponibbli mill-API, li jinkludi kull ma tista' tagħmel bl-interfaċċja tal-web u aktar. L-informazzjoni miġbura b'hekk tkun tista' tiġi użata minn kodiċi estern li jsejjaħ il-portal API.

Għal użu programmatiku, l-API huwa disponibbli hawn: http://data.europa.eu/euodp/data/api/

Il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE jiddependi fuq applikazzjoni ta' CKAN, li għandha sit web fejn tista' ssib dokumentazzjoni dwar l-API.

Il-format tal-messaġġi kemm għat-test tar-rikjesti kif ukoll tat-tweġibiet hu JSON (speċifikat f'RFC 4627). Hawn taħt hawn xi eżempji ta' x'tista' tagħmel meta tuża r-REST API fl-applikazzjoni tiegħek.

Minħabba l-elementi partikolari tal-infrastruttura tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, ir-rikjesti API kollha li skont id-definizzjoni tagħhom għandhom ikunu disponibbli permezz tal-metodu GET tal-protokoll HTTP, minflok iridu jsiru permezz tal-metodu POST.

Għodda għall-użu tar-REST API

Klijenti u libreriji Ġeneriċi HTTP

curl huwa għodda "command-line" http ġeneriku li jista' jintuża għal mistoqsijiet fl-API. Hemm possibilitajiet biex tiġi sfurzata l-applikazzjoni tal-curl bl-użu tar-rikjesti POST pereżempju billi żżid l-opzjoni tad-dejta -”d” anke ma’ lista vojta. Se jiġi użat fil-mistoqsijiet ta' eżempju aktar 'l isfel.

Jeżistu ċerti estenzjonijiet għall-aktar brawżers popolari li jagħmluha possibbli biex jinħolqu mistoqsijiet għall-API fil-brawżer stess, pereżempju Postman għal Google Chrome jew RESTClient għal Mozilla Firefox.

Jistgħu jintużaw il-biċċa l-kbira tal-lingwi ta' pproggrammar għal mistoqsijiet tal-API sakemm ikun hemm komponent HTTP ta' konnessjoni kompatibbli bħall-Jersey għall-Java.

Għodod iddedikati

Ġiet żviluppata xi għodda speċjalizzata u tista' tintuża biex tħaffef l-użu tar-REST API. Dawn il-klijenti kollha huma disponibbli fuq Github u jistgħu jkunu mifrudin f'żewġ partijiet biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta' użanza fil-lingwi msemmijin tal-ipprogrammar.

Mistoqsijiet bħala eżempju

Ikseb lista' ta' settijiet ta' dejta f'JSON

curl http://data.europa.eu/euodp/data/api/action/package_list -d'{}'

Ikseb lista' ta' tags f'JSON

curl http://data.europa.eu/euodp/data/api/action/tag_list -d'{}'

Ikseb deskrizzjoni ta' settijiet ta' dejta partikolari f'JSON

curl http://data.europa.eu/euodp/data/api/action/package_show -d'{"id": "dgt-translation-memory"}'

Fittex għal settijiet ta' dejta jew riżorsi li jaqblu ma mistoqsija

curl http://data.europa.eu/euodp/data/api/action/package_search -d'{"q": "forest"}'

Il-punt aħħari SPARQL

Mod ieħor biex ikollok aċċess għall-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE hu l-punt aħħari SPARQL li jinqara mill-kompjuter u li jippermetti mistoqsijiet dwar id-deskrizzjonijiet ta' settijiet ta' dejta RDF.

Kif muri fil-paġna dwar id-'Dejta Llinkjata', hemm provdut interfaċċa grafika tal-utent biex iddaħħal il-mistoqsijiet SPARQL.

Għal użu programmatiku, punt aħħari li jinqara mill-kompjuter huwa disponibbli hawn: http://data.europa.eu/euodp/sparqlep

Tista' ssib speċifikazzjonijiet tal-SPARQL fuq is-sit web W3C: http://www.w3.org/TR/rdf-sparql-query/. Il-mudelli użati biex jispjegaw is-settijiet ta' dejta katalogati fuq il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE huma deskritti fuq il-paġna tad-'Dejta Llinkjata' taħt 'Vokabularju għall-metadejta'.

Għodda u libreriji

Biex toħloq applikazzjonijiet kapaċi jagħmlu mistoqsijiet fuq il-punt aħħari tal-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE huwa possibbli tuża libreriji u applikazzjonijiet terza parti. Ara hawn taħt għal eżempji ta' tali soluzzjonijiet.

Klijenti SPARQL

  • Klijent Sesame huwa klijent SPARQL tal-Windows li juża interfaċċa grafika tal-utent.
  • Twinkle hija applikazzjoni cross-platform Java li toffri interfaċċa tal-utent li tagħmel mistoqsijiet SPARQL fuq punti aħħarin remoti.

Libreriji

Dawn huma xi ftit mill-libreriji li jistgħu jintużaw biex jinbnew applikazzjonijiet bl-użu ta' dejta mill-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE, organizzati skont il-lingwa ta' pprogrammar.

  • Java
    • Jena huwa proġett Apache. Huwa qafas Java ta' sors miftuħ għall-ħolqien ta' Web Semantiku u applikazzjonijiet ta' Dejta Llnkjata.
    • OpenRDF Sesame joffri Java API biex iħaddem u jistaqsi dejta RDF.
  • C
    • Redland huwa ġabra ta' libreriji C li jipprovdu appoġġ għall-RDF u l-SPARQL.
  • JavaScript
    • Hercules jipproponi librerija JavaScript għal mistoqsijiet remoti tal-punt aħħari SPARQL. Jippermetti l-ħolqien ta' applikazzjonijiet għonja tal-web bl-użu ta' informazzjoni mill-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE.
  • PHP
    • EASYRDF hija librerija PHP li tħeffef l-użu tal-mistoqsijiet SPARQL fl-applikazzjoni PHP tiegħek.
  • Python
    • RDFLib jipproponi ġabra ta' libreriji python biex jinkorpora dejta RDF f'applikazzjoni python.

Punt aħħar SPARQL: mistoqsijiet ta' eżempju

Se ssib eżempji ta' mistoqsijiet li jistgħu jsiru fuq il-paġna tad-'Dejta Llinkjata’ tal-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE.