Aċċess għad-dejta miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Dejta Miftuħa tal-UE Stqarrija dwar il-privatezza
Menu

Stqarrija dwar il-privatezza

I. Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea hija impenjata għall-privatezza tal-utent. Il-politika tagħna hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

II. Għaliex niġbru, inżommu u nipproċessaw id-dejta tiegħek?

Id-dejta tinġabar u tiġi pproċessata sabiex l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) ikun jista’:

  • jidentifika l-utenti awtorizzati u l-operazzjonijiet tagħhom;
  • jippersonalizza aċċess għall-websajt u jiżgura li l-utenti awtorizzati biss jistgħu jdaħħlu u jimmodifikaw id-dejta;
  • iwieġeb għat-talbiet indirizzati lill-ħelpdesk;
  • jibgħat informazzjoni relatata mal-iżviluppi u l-użu tal-websajt;
  • jibgħat informazzjoni dwar u links għal settijiet ġodda tad-dejta lill-utenti li ssuġġerewhom;
  • janalizza żbalji possibbli biex b’hekk il-websajt jittejjeb;
  • imexxi stħarriġ anonimu relatat mal-użu tal-websajt;
  • jorganizza u jsegwi sessjonijiet ta’ taħriġ bl-għan li jgħin lill-utenti jagħmlu użu aħjar tal-websajt.

Id-dejta personali tinġabar, tinħażen u tiġi pproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-dejta tiegħek mhix se tintuża għal kwalunkwe skop ieħor għajr it-twettiq tal-attivitajiet speċifikati hawn fuq.

III. Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta tiegħek? (il-Kontrollur)

Il-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek hu l-Kap tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni C.1. Portal Komuni u l-Unità tal-Portal tad-Dejta Miftuħa (email OP ODP CONTACT: op-odp-contact@publications.europa.eu).

IV. X’dejta personali niġbru?

Jinżammu id-dettalji ta’ identifikazzjoni u kuntatt li ġejjin.

  • Għal utenti awtorizzati:
    • ID tal-utent, email, password, isem, organizzazzjoni
  • Għal parteċipanti f’taħriġ onlajn:
    • Isem, email, ħin, data u tul ta’ parteċipazzjoni
  • Għall-ġestjoni ta’ assistenza biex ngħinu lill-pubbliku:
    • Emails indirizzati lil op-odp-contact@publications.europa.eu jew lil ODP-HELPDESK@publications.europa.eu jiġu arkivjati f’dawn il-kaxxi postali. Dawn il-messaġġi fihom indirizz tal-email u jista’ jkun fihom ukoll isem, kunjom, indirizz amministrattiv, numru tat-telefon, faks u organizzazzjoni tal-utent.
  • Għall-utenti li jipproponu settijiet ġodda tad-dejta:
    • Mandatorju: isem, email, suġġett u deskrizzjoni tas-sett tad-dejta propost
    • Fakultattiv: pajjiż, lingwa, tip ta’ organizzazzjoni

V. Lil min tingħata d-dejta tiegħek?

Id-dejta personali miġbura hija ttrattata b’mod kunfidenzjali, u tintuża biss mill-persunal u l-kuntratturi tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-fornituri tad-dejta li jittrattaw kwistjonijiet dwar il-Portal tad-Dejta Miftuħa u l-ħelpdesk.

Ebda dejta personali ma tiġi trasferita lill-partijiet oħrajn għajr ir-riċevituri, jew il-partijiet imsemmija speċifikament fil-qafas legali kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ żvelar bi trażmissjoni lill-korpi responsabbli mis-sorveljanza, spezzjoni jew kompitu regolatorju skont il-leġiżlazzjoni tal-UE (pereżempju l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF)) jew lill-entitajiet li jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi jew legali.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jittrasferixxix dejta personali lil partijiet terzi għal skopijiet ta’ marketing dirett.

VI. Għal kemm żmien tinżamm id-dejta tiegħek?

  • Għal utenti awtorizzati: Id-dejta tinżamm matul il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni.
  • Għall-utenti li jfornu informazzjoni/utenti li jitolbu informazzjoni, bl-email, u permezz tal-portal, u parteċipanti fit-taħriġ: id-dejta tinżamm għal 4 snin.
  • Għall-utenti li jirċievu informazzjoni, bi tweġiba għas-suġġeriment ta’ settijiet tad-dejta: id-dejta tinżamm għal 4 snin. Jekk indirizz tal-email ma jkunx validu, dan jitħassar.

VII. Kif jista’ jkollok aċċess għad-dejta tiegħek, tara jekk hijiex eżatta jew tirranġaha?

Għandek id-dritt li tikseb kopja tad-dejta personali tiegħek mingħand il-kontrollur (email lil OP ODP CONTACT: op-odp-contact@publications.europa.eu) sabiex tiċċekkja jekk id-dejta miżmuma hijiex eżatta u/jew tikseb rettifika jew aġġornament ta’ din id-dejta jekk ikun hemm bżonn.

Għall-protezzjoni tal-privatezza u s-sigurtà tiegħek, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet se jieħu kull pass raġonevoli biex jiżgura li tiġi vverifikata l-identità tiegħek qabel ma jingħata aċċess, rettifika jew tħassir.

VIII. X’nagħmlu biex nevitaw l-użu ħażin jew l-aċċess mhux awtorizzat?

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet stabbilixxa, u regolarment jirrevedi u jaġġorna, proċeduri fiżiċi, elettroniċi u maniġerjali biex jissalvagwardja d-dejta tiegħek kontra aċċess mhux awtorizzat, biex tinżamm is-sigurtà tad-dejta u sabiex juża l-informazzjoni miġbura b’mod legali u għall-iskopijiet indikati fil-punt II hawn fuq.

L-istaff tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet li għandu aċċess għal informazzjoni li tikkonċerna persuna identifikata jew identifikabbli obbligat sabiex id-dejta tiġi protetta b’mod li huwa konsistenti mar-regoli stabbiliti f’din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza, pereżempju, billi ma jużax l-informazzjoni għal kwalunkwe skop ieħor għajr il-ħidmiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

IX. Lil min tista’ tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti?

Tista’ tikkuntattjana fuq dan l-email: op-odp-contact@publications.europa.eu

Mistoqsijiet jew ilmenti fil-każ ta’ kunflitt jistgħu jiġu indirizzati lill- Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Dejta jew lil Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta http://europa.eu/institutions/others/edps/index_en.htm.