Aċċess għad-dejta miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Dejta Miftuħa tal-UE Min jipprovdi d-dejta?
Menu
Ħarsa ġenerali Għodod Riżorsi edukattivi Proġetti Sandbox

MIN JIPPROVDI D-DEJTA?

L-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u l-korpi biss jistgħu jipprovdu d-dejta għall-portal tad-dejta miftuħa tal-UE – punt uniku ta’ aċċess għal dejta tal-UE.

Iż-żieda tad-dejta fil-portal tagħmilha aktar faċli għall-persuni biex isibu u jaraw id-dejta.

L-istruttura tal-portal hija deċentralizzata – dan ifisser li d-dejta tibqa’ fuq is-sit web tal-fornitur tad-dejta u l-fornitur huwa responsabbli għall-kwalità u d-disponibbiltà tagħha.

Metadejta 

Il-fornituri tad-dejta tal-UE jarrikkixxu l-portal b’metadejta (informazzjoni dwar id-dejta) li tiddeskrivi s-settijiet tad-dejta ppubblikati fis-sit web tagħhom tal-istituzzjoni, l-aġenzija jew il-korp tal-UE tagħhom.

Dawn jistgħu jipprovdu l-metadejta manwalment permezz tal-ispazju tal-fornitur qasam tad-dejta jew jistgħu jibagħtu d-dejta b’mod awtomatiku f’format RDF.

Il-metadejta hija maħżuna fil-portal. Hija katalogata b’mod armonizzat u hi użata biex l-utenti jiġu ridiretti lejn is-sit web tal-fornitur tad-dejta fejn dawn ikunu jistgħu jaċċessaw id-dejta.

Il-metadejta hija maħżuna fil-portal f’żewġ bażijiet tad-dejta:

  • bażi tad-dejta konvenzjonali li tista’ tinqara mill-bniedem;
  • bażi tad-dejta triplestore li tista’ tinqara minn magna biex tgħin l-interoperabbiltà u tagħmilha aktar faċli biex id-dejta tiġi użata mill-ġdid.

Qed naħdmu wkoll fuq soluzzjoni biex naħsdu (jew nagħmlu estrazzjoni) tad-dejta mis-siti web awtomatikament.

Biex issir taf aktar, jekk jogħġbok ikkuntattjana.