Aċċess għad-data miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Data Miftuħa tal-UE Tagħrif
Menu
Ħarsa ġenerali Riżorsi edukattivi Proġetti Sandbox

Il-portal tad-Data Miftuħa tal-Unjoni Ewropea jipprovdi aċċess għal medda dejjem usa' ta’ data mingħand l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) u korpi oħra tal-UE. Tista’ tuża u terġa' tuża din id-data għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Billi nipprovdu aċċess faċli għal data — bla ħlas — għandna l-għan li ngħinuk tpoġġiha għal użu innovattiv u tillibera l-potenzjal ekonomiku tagħha. Il-portal huwa mfassal ukoll biex jagħmel l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE iktar miftuħin u responsabbli.

Il-Portal tad-Dejta Miftuħa tal-UE fil-qosor

Il-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE

Il-portal tad-Data Miftuħa tal-UE (UE ODP) twaqqaf fl-2012, wara Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni.

L-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma mistiedna jagħmlu d-data tagħhom disponibbli għall-pubbliku kull meta jkun possibbli. Dan ifisser id-data tista’ terġa’ tintuża mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

Data miftuħa — x’inhuma l-benefiċċji?

Tippermetti l-pubbliku ġenerali juża d-data mill-ġdid:

  • żvilupp ekonomiku fil-UE;
  • trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Id-data kkonċernata tinkludi:

  • data ġeografika, ġeopolitika u finanzjarja;
  • statistika;
  • riżultati ta' elezzjonijiet,;
  • atti legali;
  • data dwar il-kriminalità, is-saħħa, l-ambjent, it-trasport, u r-riċerka xjentifika.

Din id-data hija kollha disponibbli b’xejn. Tista' terġa' tintuża' f’bażijiet ta’ data, rapporti u proġetti. Huma disponibbli varjetà ta’ formati diġitali minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE.

B’mod ġenerali, tista’ tuża d-data mill-ġdid mingħajr ħlas, bil-kundizzjoni li tirrikonoxxi s-sors (ara l-avviż legali). Ammont żgħir ta’ data hija soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu mill-ġdid, li l-parti l-kbira tagħha kellha x’taqsam mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi. Għandek issib link għal dawn il-kundizzjonijiet fil-paġni rilevanti tad-data.

Għalfejn qiegħed il-portal?

Huwa jipprovdi:

It-tim tal-Portal tad-Data Miftuħa

Tim internazzjonali żgħir, fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu jieħu ħsieb is-sit. Naħdmu flimkien mal-fornituri tad-data biex nistandardizzaw id-data u nagħmluha disponibbli aktar faċilment. L-għan tagħna huwa li nagħtu lil din id-data profil għoli kemm jista’ jkun. 

Naħdmu b’mod kontinwu biex intejbu l-Portal tad-Data Miftuħa. 

Strixxuni tad-Data Miftuħa tal-UE

250x250

468x60

180x150

728x90