Aċċess għad-data miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Data Miftuħa tal-UE Rokna tal-iżviluppaturi
Menu
Ħarsa ġenerali Riżorsi edukattivi Proġetti Sandbox

Rokna tal-iżviluppaturi

Il-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE għandu l-għan li jħeġġeġ l-użu ta' settijiet ta' data tal-UE għall-bini ta' applikazzjonijiet ta’ partijiet terzi. Biex dan isir, huma proposti żewġ interfaċċi tal-ipprogrammar (API) biex l-iżviluppaturi jfittxu għas-settijiet ta’ data: REST API u SPARQL endpoint.

REST API

Mod biex ikollok aċċess għall-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE hu li tuża r-REST API. Il-funzjonalitajiet ewlenin tal-portal kollha huma disponibbli permezz tal-interfaċċa tal-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (API), li tinkludi l-biċċa l-kbira ta’ dak li tista’ tagħmel bl-interfaċċa tal-web. L-informazzjoni miġbura tista’ mbagħad tintuża b’kodiċi estern biex tittrasforma, taġġorna jew tagħmel referenza u tipprovdi input ġdid għal aktar talbiet lill-API.

Għall-użu tal-ipprogrammar, l-API hija disponibbli f’dan l-URL ta’ bażi: https://data.europa.eu/euodp/data/apiodp/

Il-format tal-messaġġi kemm għat-test tar-rikjesta kif ukoll għat-tweġiba hu JSON (speċifikat f'RFC 4627) għat-talbiet kollha lill-API. Madankollu, is-servizzi li jipprovdu d-dettalji tas-sett tad-data jipprovdu wkoll tweġiba f’RDF/XML, li normalment tkun inkorporata fit-tweġiba tal-JSON.

Għadu disponibbli legacy API ibbażat fuq CKAN (https://data.europa.eu/euodp/data/api/) iżda nħeġġu lill-iżviluppaturi li jimxu għall-API il-ġdida, li hu eqreb lejn il-mudell tad-data tagħna.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-API il-ġdida huma ppubblikati fil-format OpenAPI fuq SwaggerHub: https://app.swaggerhub.com/apis/EU-Open-Data-Portal/eu-open_data_portal/

Il-fajl tad-deskrizzjoni fil-format OpenAPI hija wkoll disponibbli għad-download:eu-odp_openapi.yaml

Għal aktar dettalji dwar l-API REST, jekk jogħġbok aqra l-paġni li ġejjin:

Nota: It-talbiet lilll-API jridu jiġu introdotti bil-metodu POST HTTP. Xi wħud mit-talbiet lill-API, dawk li jaffettwaw id-data fis-sistema, jeħtieġu l-użu ta’ kredenzjali mogħtija mit-tim tal-ODP. Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattjana

SPARQL EndPoint

Mod ieħor biex ikollok aċċess għall-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE hu l-iSPARQL endpoint li jinqara mill-kompjuter, u li jippermetti mistoqsijiet dwar id-deskrizzjonijiet tas-settijiet ta' data RDF. Nota: għall-utenti anonimi huma disponibbli talbiet għal irkupru ta’ informazzjoni biss.

Kif jidher fil-paġna dwar id-“Data Llinkjata”, hemm interfaċċa grafika tal-utent biex iddaħħal il-mistoqsijiet tiegħek dwar SPARQL .

Għall-użu tal-ipprogrammar, huwa disponibbli endpoint jinqara mill-kompjuter f’dan l-URL: https://data.europa.eu/euodp/sparqlep

Tista' ssib l-ispeċifikazzjonijiet tal-iSPARQL fuq is-sit web W3C: https://www.w3.org/TR/rdf-sparql-query/. Il-mudelli użati biex jispjegaw is-settijiet ta' data katalogati fuq il-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE huma deskritti fuq il-paġna tad-“Data Llinkjata” taħt “Vokabularju għall-metadata”.

Għal aktar dettalji dwar l-iSPARQL endpoint, jekk jogħġbok aqra l-paġni li ġejjin:

Mudell tad-data RDF

Il-profil tal-Applikazzjoni tad-DCAT għall-portali tad-data fl-Ewropa (DCAT-AP) huwa speċifikazzjoni bbażata fuq id-DCAT għad-deskrizzjoni tas-settijiet ta’ data tas-settur pubbliku fl-Ewropa. Il-każ tal-użu bażiku tiegħu huwa li jippermetti tiftix ta’ settijiet ta’ data minn portal għal portal u li jagħmel id-data tas-settur pubbliku aħjar biex tfittex fiha bejn il-fruntieri u s-setturi.

Il-kapitolu li ġej ġie estratt mill-verżjoni DCAT-AP 1.1 finali li ssibha hawnhekk: https://joinup.ec.europa.eu/release/dcat-ap-v11.

Terminoloġija użata fil-profil tal-Applikazzjoni tad-DCAT

Profil tal-Applikazzjoni huwa speċifikazzjoni li tuża mill-ġdid termini minn standard bażi wieħed jew aktar, u jżid aktar speċifiċità billi jidentifika elementi obbligatorji, rakkomandati u fakultattivi li għandhom jintużaw ma’ applikazzjoni partikolari, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għal vokabolarji kontrollati li għandhom jintużaw.
Sett ta’ data hu ġabra ta’ data, ppubblikata jew kurata minn sors uniku, u disponibbli għall-aċċess jew għad-download f’format wieħed jew aktar.
Portal tad-data hu Sistema bbażata fuq il-web li fih katalgu tad-data b'deskrizzjonijiet ta’ settijiet tad-data u jagħti servizzi li jippermettu l-iskoperta u l-użu mill-ġdid tas-settijiet ta’ data.
Fit-taqsimiet li ġejjin, il-klassijiet u l-proprjetajiet jinġabru taħt l-intestaturi “obbligatorja”, "rakkomandata” u “fakultattiva”. Dawn it-termini għandhom it-tifsira li ġejja.

  • Klassi obbligatorja: min jirċievi d-data JRID jkun jista’ jipproċessa informazzjoni dwar istanzi tal-klassi; min jibgħat id-data JRID jipprovdi informazzjoni dwar istanzi tal-klassi.
  • Klassi rakkomandata: min jibgħat id-data GĦANDU jipprovdi informazzjoni dwar istanzi tal-klassi; min jibgħat id-data JRID jipprovdi informazzjoni dwar istanzi tal-klassi, jekk din l-informazzjoni hi disponibbli; min jirċievi d-data JRID jkun jista’ jipproċessa informazzjoni dwar istanzi tal-klassi.
  • Klassi fakultattiva: min jirċievi JRID jkun jista’ jipproċessa informazzjoni dwar istanzi tal-klassi; min jibgħat JISTA’ jipprovdi l-informazzjoni iżda mhuwiex obbligat li jagħmel dan.
  • Proprjetà obbligatorja: min jirċievi JRID ikun jista’ jipproċessa l-informazzjoni għal dik il-proprjetà; min jibgħat IRID jipprovdi l-informazzjoni għal dik il-proprjetà;
  • Proprjetà rakkomandata: min jirċievi JRID ikun jista’ jipproċessa l-informazzjoni għal dik il-proprjetà; min jibgħat GĦANDU jipprovdi l-informazzjoni għal dik il-proprjetà jekk tkun disponibbli.
  • Proprjetà fakultattiva: min jirċievi JRID ikun jista’ jipproċessa l-informazzjoni għal dik il-proprjetà; min jibgħat JISTA’ jipprovdi l-informazzjoni għal dik il-proprjetà iżda mhuwiex obbligat li jagħmel dan.

Il-Profil tal-Applikazzjoni juża mill-ġdid termini minn diversi speċifikazzjonijiet eżistenti. Il-klassijiet u l-proprjetajiet speċifikati fit-taqsimiet li ġejjin ittieħdu minn dawn l-ispazji tal-isem:

DCAT-AP-OP

Barra minn hekk, mal-mudell DCAT-AP deskritt hawn fuq, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet żied proprjetajiet addizzjonali biex ikun jista’ jesprimi informazzjoni li mhijiex parti mid-DCAT-AP (eż. titolu alternattiv għas-settijiet ta’ data, in-numru ta’ downloads għad-distribuzzjonijiet).

Bażikament, id-DCAT-AP-OP ma jżid l-ebda klassi ma’ DCAT-AP, ħlief “DatasetDescription”; minbarra dan, huwa jżid biss proprjetajiet ma’ xi klassijiet tad-DCAT-AP.

Għal aktar dettalji dwar il-mudell DCAT-AP-OP, ara l-ispeċifikazzjonijiet DCAT-AP-OP (EN biss).

 

Il-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE jappoġġja wkoll l-estensjonijiet tal-GEO DCAT u tad-DCAT-STAT.

 

Punt aħħar SPARQL: mistoqsijiet ta' eżempju

Se ssib eżempji ta' mistoqsijiet li jistgħu jsiru fuq il-paġna tad-'data Llinkjata’ tal-Portal tad-data Miftuħa tal-UE.