Il-Portal tad-Data Miftuħa tal-Unjoni Ewropea jagħtik aċċess għal data miftuħa ppubblikata minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE. Id-data kollha li tista’ ssib permezz ta’ dan il-katalogu hi ħielsa li tintuża mill-ġdid għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.
EU Datathon 2020: Innovazzjoni għall-Ewropa b’data miftuħa
Ir-raba’ edizzjoni tal-kompetizzjoni annwali tal-UE dwar id-data miftuħa, EU Datathon, laħqet il-qofol tagħha fl-avveniment finali online fil-15 ta’ Ottubru 2020. B’121 sottomissjoni minn madwar id-dinja, l-edizzjoni ta’ din is-sena attirat l-akbar parteċipazzjoni fl-istorja tal-kompetizzjoni. Il-finalisti ppreżentaw approċċi u soluzzjonijiet innovattivi u ta’ ispirazzjoni biex jgħinu lill-Ewropa tindirizza l-isfidi ewlenin tal-UE bl-użu ta’ data miftuħa tal-UE. Tgħallem aktar dwar it-timijiet rebbieħa u żur is-sit web tagħna. | ![]() |