Aċċess għad-data miftuħa tal-Unjoni Ewropea
EUROPAPortal tad-Data Miftuħa tal-UE Min jipprovdi d-dejta?
Menu
Ħarsa ġenerali Riżorsi edukattivi Proġetti Sandbox

MIN JIPPROVDI D-DATA?

L-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u l-korpi biss jistgħu jipprovdu d-data għall-portal tad-data miftuħa tal-UE – punt uniku ta’ aċċess għal data tal-UE.

Iż-żieda tad-data fil-portal tagħmilha aktar faċli għall-persuni biex isibu u jaraw id-data.

L-istruttura tal-portal hija deċentralizzata – dan ifisser li d-data tibqa’ fuq is-sit web tal-fornitur tad-data u l-fornitur huwa responsabbli għall-kwalità u d-disponibbiltà tagħha.

Metadata 

Il-fornituri tad-data tal-UE jarrikkixxu l-portal b’metadata (informazzjoni dwar id-data) li tiddeskrivi s-settijiet tad-data ppubblikati fis-sit web tagħhom tal-istituzzjoni, l-aġenzija jew il-korp tal-UE tagħhom.

Dawn jistgħu jipprovdu l-metadaa manwalment permezz tal-ispazju tal-fornitur qasam tad-data jew jistgħu jibagħtu d-data b’mod awtomatiku f’format RDF.

Il-metadata hija maħżuna fil-portal. Hija katalogata b’mod armonizzat u hi użata biex l-utenti jiġu ridiretti lejn is-sit web tal-fornitur tad-data fejn dawn ikunu jistgħu jaċċessaw id-data.

Il-metadata hija maħżuna fil-portal f’żewġ bażijiet tad-data :

  • bażi tad-data konvenzjonali li tista’ tinqara mill-bniedem;
  • bażi tad-data triplestore li tista’ tinqara minn magna biex tgħin l-interoperabbiltà u tagħmilha aktar faċli biex id-data tiġi użata mill-ġdid.

Qed naħdmu wkoll fuq soluzzjoni biex naħsdu (jew nagħmlu estrazzjoni) tad-data mis-siti web awtomatikament.

Biex issir taf aktar, jekk jogħġbok ikkuntattjana.