EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0578R(01)

2005/578/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 260–262 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/578/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/260


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/578/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Lulju 2005

li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 2819)

(2005/578/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji lil Hinn mix-Xtut tal-Komunità Ewropea (1), u notevolment l-Artikolu 37 ta’ l-Anness III tagħha,

Billi

(1)

Fis-27 ta’ April 2005, Saint-Pierre u Miquelon talbu, għal perjodu ta’ seba’ snin, deroga mir-regoli ta’ origini definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE f’dak li jikkonċerna l-kwantità annwali ta’ 250 tunnellata ta’ molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, friski jew iffriżati, esportati minn Saint-Pierre u Miquelon.

(2)

Saint-Pierre u Miquelon ibbaża t-talba tiegħu minn banda minħabba d-dewmien meħud għall-bidu ta’ l-attivitajiet ta’ trobbija ta’ l-imsemmija molluski fil-bajja ta’ Miquelon u, mill-banda l-oħra, minħabba l-fatt li l-produzzjoni lokali ta’ dawn il-molluski għadha bbażata fil-parti l-kbira fuq il-bajd ta’ molluski importat mill-Kanada. Il-bajd tal-molluski, kif ukoll molluski mhux ipproċessati u molluski importati mill-Kanada se jieħdu post temporanjament l-ammonti ta’ provisti ta’ molluski mhux ipproċessati li huma nieqsa fl-industrija ta’ l-ipproċessar lokali.

(3)

Id-deroga mitluba hi ġġustifikata bis-saħħa ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE u b’mod partikulari bl-Artikolu 37(1) tiegħu notevolment f’dak li jikkonċerna l-iżvilupp ta’ industrija eżistenti f’Saint-Pierre u Miquelon. Id-deroga hi indispensabbli għaż-żamma ta’ l-attività tal-fabbrika kkonċernata, li tħaddem numru importanti ta’ persuni. Bir-riżerva li tirrispetta ċerti kondizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, mas-sorveljanza u d-dewmien, id-deroga ma tistax tikkawża preġudizzju serju lil settur ekonomiku tal-Komunità jew ta’ wieħed jew diversi Stati Membri tagħha.

(4)

Konsegwentement, deroga għandha tkun mogħtija għal ċerti kwantitajiet ta’ molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, ipproċessati f’Saint-Pierre u Mielon u importati fil-Komunità.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarja (2), jiffissa r-regoli ta’ l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet li għalihom d-deroga kkonċernata hi mogħtija.

(6)

Minħabba t-tmiem tal-validità tad-Deċiżjoni 2001/822/KE tal-1 ta’ Diċembru 2011, dispożizzjoni adatta għandha tkun introdotta sabiex tiżgura l-validità tad-deroga lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011, fl-eventwalità fejn deċiżjoni ġdida relatata ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji lil Hinn mix-Xtut tal-Komunità tkun adottata qabel din id-data jew jekk il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE kienet estiża.

(7)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus friski jew iffriżati li jaqgħu fil-pożizzjoni 0307 ta’ l-NM u speċifikati fl-Anness, ipproċessati f’Saint-Pierre u Miquelon, huma kkunsidrati li qed joriġinaw minn Saint-Pierre u Miquelon meta huma jkunu akkwistati mill-bajd ta’ molluski, molluski mhux ipproċessati u molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus mhux oriġinarji, b’konformità mal-kondizzjonijiet definiti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga prevista mill-Artikolu 1 tapplika għall-kwantitajiet indikati fl-Anness, li huma importati minn Saint-Pierre u fil-Komunità bejn l-1 ta’ Awissu 2005 u l-31 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 3

L-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 relatati ma’ l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet indikati fl-Anness.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet tad-dwana ta’ Saint-Pierre u Miquelon għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-kontrolli kwantitattivi applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodotti indikati fl-Artikolu 1. Għal dan l-għan, iċ-ċertifikati maħruġa b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom referenza għaliha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Saint-Pierre u Miquelon għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull tliet xhur, fattura tal-kwantitajiet li għalihom ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni EUR 1 kienu mogħtija bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni u n-numru tas-serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-kolonna Nru 7 taċ-ċertifikati EUR. 1 mogħtija bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkollha wieħed minn dawn it-titli li ġejjin:

“Derogation — Commission Decision 2005/578/EC”,

“Dérogation — Décision 2005/578/CE de la Commission”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Awissu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Fl-eventwalità li tkun adottata skema ġdida preferenzjali li tieħu post d-Deċiżjoni 2001/822/KE lil hinn mid-data tal-31 ta’ Diċembru 2011, din id-Deċiżjoni tkompli xorta waħda tapplika sad-data tat-tmiem ta’ dik l-iskema l-ġdida, mingħajr għaldaqstant ma taqbeż id-data tal-31 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 7

L-Istati Membri huma d-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Kwantitajiet importati ta’ Saint-Pierre u Miquelon

Numru ta’ l-ordni

Kodiċi NM

TARIC

suddiviżjoni

Isem tal-merkanziji

Perjodu

Kwantitajiet

(tunnellati)

09.1643

0307 21 00

0307 29 90

20

10

Molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, friski jew iffriżati

mill-1.8.2005 sal-31.7.2006

250

mill-1.8.2006 sal-31.7.2007

250

mill-1.8.2007 sal-31.7.2008

250

mill-1.8.2008 sal-31.7.2009

250

mill-1.8.2009 sal-31.7.2010

250

mill-1.8.2010 sal-31.7.2011

250

mill-1.8.2011 sal-31.7.2012

250


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).


Top