Fejn tista’ ssib opportunitajiet għal kuntratti pubbliċi minn madwar id-dinja kollha?
Open Opps hi t-tweġiba.
Din il-pjattaforma tal-web tlaqqa’ flimkien offerti pubbliċi minn aktar minn 300 sors dinji – inkluż Tenders Electronic Daily ( TED ), il-portal tal-Unjoni Ewropea għal offerti pubbliċi.
B’użu faċli, Open Opps tiġi apdejtjata kuljum. Tgħinek taċċessa opportunitajiet kummerċjali mingħajr ħlas.
Kif jgħid is-sit web stess, l-aċċess mingħajr ħlas jgħin sabiex aktar kumpaniji jirbħu kuntratti tal-gvern. Dan mhux biss isaħħaħ il-kummerċ, jagħti wkoll lis-settur pubbliku firxa usa’ fl-għażla tal-fornituri, li twassal l-aħjar valur għal kulħadd.
Lest biex tiskopri dinja ta’ opportunitajiet ta’ offerti aċċessibbli għal kulħadd?