L-EU Integrity Watch tgħin biex timmonitorja d-deċiżjonijiet li jsiru mill-politiċi fl-UE. F'din il-pjattaforma l-utenti jistgħu jiċċekkjaw il-kunflitti ta' interess potenzjali, l-influwenza indebita jew anke l-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE.
Id-dejta tal-UE Integrity Watch tittieħed mis-siti web tal-Kummissjoni Ewropea (għal-laqgħat tal-lobbyists), tal-Parlament Ewropew (għad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji) u mir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE (għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-lobbyists).
Din id-dejta tiġi miġbura, armonizzata u tkun disponibbli faċilment fil-pjattaforma, fejn l-utenti jistgħu jfittxu, jikklassifikaw u jiffiltraw l-informazzjoni b'mod intuwittiv.