Il-programm Orizzont 2020 huwa l-akbar programm ta’ riċerka u innovazzjoni li qatt kellha l-UE, bi kważi €80 biljun ta’ finanzjament fuq 7 snin (mill-2014 sal-2020).
EURI Trends tippermettilek tesplora faċilment il-proġetti ffinanzjati minn dan il-programm, u l-organizzazzjonijiet involuti. Tista’ tara d-data b’modi differenti, pereżempju f’forma ta’ wordclouds, bubble charts u mapep interattivi biex jgħinuk tifhem id-data kollha.
Tista’ wkoll tara x-xejriet fl-investimenti magħmula mill-UE, mill-gvernijiet u n-negozji privati skont is-settur tal-attività, u tqabbel id-data bejn l-H2020 u l-programm qafas preċedenti (FP7).
EURI Trends intgħażlet għall-EU Datathon 2018.