Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

L-Ispazju Ewropew tad-Data Legali

Image
European Legal Data Space

 

Prinċipji

L-Ispazju Ewropew tad-Data Legali (ELDS) hu wieħed mill-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data mfassla biex jisfruttaw il-valur tad-data għall-benefiċċju tal-ekonomija u tas-soċjetà Ewropej, kif stabbilit fl-Istrateġija Ewropea għad-data ta’ Frar 2020

Skont il-prijoritajiet enfasizzati mill-Istrateġija Ewropea għad-data għall-ispazji tad-data komuni Ewropej għall-amministrazzjoni pubblika, l-Ispazju Ewropew tad-Data Legali għandu l-għan li jipprovdi data aċċessibbli faċilment, interoperabbli u li tkun tista’ tintuża mill-ġdid fil-qasam tal-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza fl-UE.

Din id-data tista’ tintuża fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fir-riċerka u fl-iżvilupp ta’ għodod legali innovattivi. L-ispazju tad-data legali se jappoġġa lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lill-prattikanti legali u lis-soċjetà b’mod ġenerali.

1. Standards komuni

Il-links li ġejjin jipprovdu gwida u standards komuni għall-promozzjoni ta’ oqfsa interoperabbli u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni legali mill-Istati Membri u l-UE:

2. Aċċess għall-ġabriet tal-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza

3. Data dwar is-sistemi ġudizzjarji u t-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja

Punt uniku ta’ servizz dwar il-kwistjonijiet kollha ġudizzjarji li jipprovdi informazzjoni dwar is-sistemi ġudizzjarji u t-titjib fl-aċċess għall-ġustizzja:

4. Data dump tal-EUR-Lex

Bis-saħħa tiegħu tista’ tniżżel f’daqqa l-atti legali kollha fis-seħħ skont il-lingwa (CELEX settur 3).

Biex taċċessa d-data dump għandek bżonn kont bl-EU login.

Link għad-data dump tal-EUR-Lex: https://datadump.publications.europa.eu/