L-Ewropa fil-pala t'idek, int fejn int | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

L-Ewropa fil-pala t'idek, int fejn int

Jekk inti ċittadin ta' pajjiż tal-UE, allura inti wkoll ċittadin Ewropew.

Imma dan xi jfisser fil-prattika? Tassew li qed ngħixu fi żminijiet ta' paċi, ħaġa li fiha nfisha hija kisba enormi. Iżda din mhijiex l-unika ħaġa li l-Ewropa għamlet għall-ġid tagħna.
Installa s-Citizens' App biex tiskopri aktar.

Billi tinstalla s-Citizens' App, tiskopri min jagħmel xiex fl-UE, kif dan kollu huwa rilevanti għal ħajtek ta' kuljum u x'inhuma l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE - sfidi li ħafna minnhom se jsawru l-futur tiegħek.

Is-Citizens' App:

  • tagħtik informazzjoni dwar suġġetti u postijiet ta' interess għalik u taġġornak dwar il-progress li jkun qed isir;
  • tħallik tfittex l-informazzjoni, taqsamha ma' ħaddieħor, tagħtiha sura personali u tikklassifikaha;
  • tgħarrfek dwar avvenimenti li jsiru madwarek; iżżid il-favoriti tiegħek fil-kalendarju personali tiegħek; turik l-aħjar rotta permezz tal-applikazzjoni tal-mapep favorita tiegħek;
  • tipprovdilek kontenuti multimedjali bħal videos, podcasts u slideshows.
  • tħallik iżżomm l-istess settings u bookmarks fit-tagħmir kollu tiegħek.

Kompatibbiltà Android u iOS. (Teħtieġ iOS 10.3 jew verżjoni aktar reċenti. Kompatibbli mal-iPhone, l-iPad u l-iPod touch.)

L-app hija disponibbli b'24 lingwa.

Publication Date
Nature
Applikazzjoni
Charge
BLA ĦLAS
Author
il-Parlament Ewropew
Data Source
il-Parlament Ewropew
Sorsi ta’ data multipli
Subject
Trasparenza
Functionality
Data visualisation
Maps
Application from EU / Third party
EU
Language
Malti (mt)

Text of this article