MEPvote | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

MEPvote

MEPVote.eu hija app faċli biex tużaha li tippermettilek tara kif jivvutaw il-Membri individwali fil-Parlament Ewropew u għalxiex jivvutaw b’mod partikolari.

Wara kull votazzjoni, il-Membri jispjegaw ir-raġunijiet għall-għażla tagħhom bil-miktub. MEPvote mhux biss tiġbor id-data kollha dwar il-votazzjoni mill-2009 ’l quddiem, iżda turi wkoll l-ispjegazzjonijiet tal-MPE dwar il-voti tagħhom.

Hemm 4 opzjonijiet fil-menù prinċipali:

  • IL-VOTI KOLLHA - riżultat tal-vot finali, il-parametri tal-vot u r-riżultati kollha tal-votazzjoni skont il-grupp politiku u skont il-pajjiż
  • IL-VOTI SKONT L-ISTAT - voti ta’ MPE individwali minn pajjiż partikolari
  • IL-VOTI SKONT IL-GRUPP - voti ta’ MPE individwali minn grupp politiku partikolari
  • IL-VOTI SKONT il-MPE - id-data personali kollha fid-dominju pubbliku u l-voti kollha tal-MPE magħżul.

Dawn l-opzjonijiet kollha jinteraġixxu ma’ xulxin. Dan jagħmilha faċli għalik biex:

  • tesplora l-aspetti kollha ta’ votazzjoni
  • tapplika filtri tat-tiftix
  • tiffoka fuq temi jew perjodi ta’ żmien partikolari.

Tista’ tiddawnlowdja wkoll il-minuti u dokumenti oħrajn.

MEPvote hija disponibbli bl-Ingliż.

Publication Date
Nature
Sit web
Charge
BLA ĦLAS
Author
Miquel Català
Data Source
il-Parlament Ewropew
Subject
Trasparenza
il-Parlament Ewropew
Functionality
Comparative results
Data visualisation
Statistics
Application from EU / Third party
Third party
Language
Malti (mt)

Text of this article