L-infrastruttura tal-enerġija moderna hi kruċjali għal suq tal-enerġija integrat, għas-sigurtà tal-provvista u biex l-UE tkun tista' tilħaq il-miri usa' tal-klima u tal-enerġija tagħha. Dan il-viewer tal-mappa interattiva jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar il-lok ġeografiku għal kull wieħed mill-195 proġett ta’ infrastruttura tal-enerġija magħrufin bħala proġetti ta’ interess komuni (PCI). L-ewwel lista tal-PCIs kienet ippubblikata fl-2013. Il-lista hi aġġornata kull sentejn biex tintegra proġetti meħtieġa b’mod ġdid u biex jitneħħew dawk skaduti. Il-proġetti huma relatati man-netwerks għall-elettriku, il-gass, iż-żejt u l-grilji intelliġenti.