L-esploratur ta’ dejta Eurofound jagħmel ir-riżultati minn stħarriġiet madwar l-Ewropa kollha ferm aċċessibbli. Din l-għodda multilingwi, interattiva tippermettilek tesplora d-dejta fil-livell ta’ kwistjonijiet individwali, b’rappurtar u b'paragun madwar l-Ewropa kollha, jew biex tiddrilja 'l isfel fir-riżultati ta' pajjiż wieħed. Id-dejta tista’ tiġi viżwalizzata b’diversi modi, inklużi mappa Ewropea, bar ċarts nazzjonali u Ewropej u formazzjonijiet grafiċi ta' pajjiżi. Il-viżwalizzazzjonijiet u d-dejta jistgħu jiġu xxerjati onlajn jew iddawnlowdjati mill-internet f’firxa ta’ formati, inklużi dawk b’riżoluzzjoni għolja. Esplora d-dejta mill-Istħarriġ Ewropew dwar il-kwalità tal-ħajja ta' Eurofound.