Qed tfittex opportunitajiet kummerċjali fl-Ewropa, iżda qed isibha diffiċli li ssegwi s-sejħiet għal offerti ġodda — barra pajjiżek jew f’pajjiżek?
Bl-awtoritajiet pubbliċi fl-UE kollha jonfqu mijiet ta’ biljuni ta’ euros f’kuntratti pubbliċi kull sena, in-negozju tiegħek ma jaffordjax li jitħalla barra.
Tenderlake se tgħin biex jinstabu l-offerti pubbliċi ġusti għalik.
Hi toffri firxa ta’ karatteristiċi personalizzati, inklużi:
- twissijiet għal sejħiet ta’ offerti ġodda u/jew rilevanti
- aġġornamenti dwar minn qed jirbaħ il-kuntratti fl-industrija tiegħek
- tgħinek timmaniġġja l-proġetti u l-iskadenzi kollha tiegħek
- tiċċekkja għal kuntratti li ġejjin li għandek imnejn tkun interessat fihom
- tanalizza s-sit web tiegħek u l-materjali ta’ kummerċjalizzazzjoni biex tipproponilek opportunitajiet ta’ kuntratti rilevanti
Agħmel is-sign up għal prova bla ħlas ta’ 14-il ġurnata.
Tenderlake hi disponibbli bl-Ingliż.
Din l-app kienet ir-rebbieħ tal-isfida Datathon 2018 tal-UE “L-akkwist pubbliku tal-UE — Valur għaċ-ċittadini, valur għan-negozji”