Każijiet ta’ Użu | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

Każijiet ta’ Użu

Instabu 910 riżultat
Skip results of view Każijiet ta’ Użu

Atlas Ewropew tal-Baħar

L-Atlas Ewropew tal-Baħar huwa mod sempliċi għall-istudenti, il-professjonisti u kull minn hu interessat jitgħallem iktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attività umana u l-politiki Ewropej relatati li jikkonċernaw il-baħar. Huwa intuwittiv u faċli biex jintuża. L-informazzjoni hi strutturata skont it-temi. Tista' tiċċaqlaq fuq il-mappa billi tikklikkja, tkabbar u ċċaqlaq bil-maws.

CubeViz

CubeViz huwa brawżer b’ħafna faċċati għal data statistika li tuża l-vokabolarju tal-RDF Data Cube, l-aħjar mod ta' rappreżentazzjoni tad- data f'RDF u kompatibbli ma' SDMX.CubeViz jiġġenera widget b'tabella b'funzjonalitajiet interattivi ta’ ffiltrar.Kwalunkwe sett ta’ data f'RDF li juża l-vokabolarju tal-RDF Data Cube jista' jiġi viżwalizzat bi CubeViz.

Applikazzjoni għall-Esplorazzjoni b’ħafna faċċati tad-dejta SemMap

L-applikazzjoni għall-Esplorazzjoni b’ħafna faċċati tad-Dejta SemMap tippermetti bbrawżjar b’ħafna faċċati ta’ settijiet ta' dejta RDF u l-ħolqien ta' tabelli ta' dejta. L-entitajiet ġeografiċi, bħall-ibliet jew il-pajjiżi, jistgħu jintwerew fuq mappa u jiġu ffiltrati kif xieraq. Dan jaħdem ukoll għal dejta ġeorelatata indirettament, bħal nies u organizzazzjonijiet, li l-indirizzi korrispondenti magħhom ġew ġeokodifikati.

L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi hu għodda ta' kejl multidimensjonali. Juri l-qagħda ta' kull Stat Membru rigward l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2010. Juri b’mod interattiv id-differenza fil-livelli ta’ kisba bejn in-nisa u l-irġiel f’bosta oqsma tal-ħajja ekonomika u soċjali. Pereżempju, billi tagħżel il-qasam "għarfien" tkun tista' tesplora d-differenza fil-livell tal-edukazzjoni u t-taħriġ bejn in-nisa u l-irġiel fil-pajjiżi kollha tal-UE

Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti

Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti (European Forest Fire Information System, EFFIS) taghti sostenn lis-servizzi tal-protezzjoni kontra n-nirien tal-foresti fl-UE u tipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew b’informazzjoni aggornata u affidabbli dwar in-nirien fl-artijiet mhux ikkultivati fl-Ewropa. Tista’ tivvizwalizza l-aktar informazzjoni aggornata dwar l-istagun attwali tan-nirien fl-Ewropa u madwar il-Mediterran.

L-ghodda tac-Centru Ewropew tad-Dejta dwar il-Foresti (European Forest Data Centre, EFDAC) ghall-vizwalizzazzjoni tal-mapep

L-għodda tal-EFDAC għall-viżwalizzazzjoni tal-mapep hija brawżer li jippermetti li wieħed jara, jesplora u jikkonsulta l-mapep u d-dejtasetts ġeografiċi derivati minnhom disponibbli fil-EFDAC. Fost dawn hemm il-mapep tal-JRC li juru l-art koperta mill-foresti, il-mapep tat-taqsim tal-ispeċijiet u dawk tal-idoneità, kif ukoll informazzjoni dwar it-taqsim, il-kundizzjonijiet u r-riżorsi tal-foresti. (eż. l-erja msaġġra u s-siġar weqfin).

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Agenda Digitali

Din l-applikazzjoni għall-internet tippermettilek toħloq, b’mod interattiv, graffs biex tivvizwalizza d-dejta li tinteressak. Intgħazlu bejn wieħed u ieħor mitt indikatur li nqasmu fi gruppi tematici li jirrappreżentaw uħud mid-dimensjonijiet ewlenin tas-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea. Dawn l-indikaturi tista’ tużahom biex tivvaluta l-progress fl-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-Aġenda Diġitali, biex tipparaguna l-progress f’pajjiżi differenti matul iż-żmien, jew biex tanalizza l-profil ta' pajjiż partikulari.

Il-mappa interattiva tal-inhawi Ewropej protetti bhala parti min-Natura 2000

In-Natura 2000 huwa netwerk ekologiku ta nhawi protetti li gie stabbilit sabiex tigi zgurata s-sopravivenza tal-ispecijiet u l-ambjenti naturali l-iktar prezzjuzi tal-Ewropa. In-Natura 2000 huwa bbazat fuq id-Direttiva tal-1979 dwar l-Ghasafar u fuq id-Direttiva tal-1992 dwar il-Habitats. L-infrastruttura ekologika li jipprovdi tissalvagwardja lil ghadd ta’ servizzi ghall-harsien tal-ekosistema u tizgura li s-sistemi naturali tal-Ewropa jibqghu f’sahhithom u reziljenti.

Il-profili tal-Eurostat pajjiż b’pajjiż

Il-profili pajjiż b’pajjiż ikopru firxa wiesgħa ta’ indikaturi nazzjonali ta’ interess kbir li jinkludu l-popolazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, ix-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, l-edukazzjoni, l-ekonomija u l-finanzi, l-informazzjoni kummerċjali, l-ambjent, l-enerġija, u s-soċjetà tal-informazzjoni. Il-profil tal-pajjiż jagħti għadd ta’ indikaturi ewlenin għal kull tema magħżula (eż. indikaturi tal-ewro) u għal kull pajjiż magħzul. Għal kull indikatur, il-profil tal-pajjiż joffrilek ukoll tabella kompluta, kif ukoll graff u mapep interattivi.