Każijiet ta’ Użu | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

Każijiet ta’ Użu

Instabu 910 riżultat
Skip results of view Każijiet ta’ Użu
  • Xjenza u teknoloġija

InnovisitePDF

Visualisation of geospatial data from various sources.

  • Ambjent

Plume LabsPDF

Finding air quality and weather details of cities around the world.

L-ekonomija Ewropea f’idejk

L-“app l-Ekonomija tal-UE” tagħti aċċess mill-mowbajl għall-indikaturi makroekonomiċi l-aktar importanti fuq perjodu ta’ żmien qasir (Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali - (IEEP) għaż-żona tal-euro, l-UE u l-Istati Membri tagħha. L-app hi disponibbli bi tliet lingwi: l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Il-funzjoni ta' aġġornament tippermetti li tkun iddawnlowdjata d-dejta l-aktar reċenti mill-bażi tad-dejta ta' Eurostat.

Pajjiżi f'bużżieqa

Tixtieq tqabbel pajjiżek ma' pajjiżi Ewropej oħrajn u tara d-differenzi f'daqqa t'għajn waħda? Mela "pajjiżi f'bużżieqa" hi l-applikazzjoni infografika li jeħtieġlek tikkonsulta! Applikazzjoni bħala logħba li tippermettilek li tqabbel iċ-ċifri tal-Istati Membri tal-UE u tal-Pajjiżi tal-EFTA għal madwar 50 indikatur. L-indikaturi huma gruppjati mill-ġdid skont it-temi li ġejjin: l-ekonomija u l-finanzi; il-popolazzjoni u l-kondizzjonijiet soċjali; l-industrija, il-kummerċ u s-servizzi; l-agrikoltura u sajd; il-kummerċ internazzjonali; it-trasport; l-ambjent u l-enerġija; ix-xjenza u t

It-tendenzi ekonomiċi

L-għodda ta' viżwalizzazzjoni ta' dejta interattiva "Tendenzi Ekonomiċi" tipprovdi lil kull utent, minn dak bażiku għal dak professjonali, b'ħarsa ta' malajr u ġenerali tal-iżvilupp ta' 8 indikaturi ekonomiċi ewlenin. Wara li tagħżel indikatur u pajjiż (jew l-aggregat tal-UE / EA), tintwera fi graff it-tendenza tal-indikatur tul l-aħħar 12-il perjodu ta’ żmien. Barra minn hekk, tista’ żżid l-aggregat tal-UE jew tal-EA għal paragun. Għal uħud mill-indikaturi, għandek il-possibbiltà li tpartat bejn l-unitajiet. Pereżempju, għall-inflazzjoni tista’ tagħżel bejn il-“bidla mqabbla mal-istess xahar

Il-kwalità ta’ ħajja

“Il-kwalità ta' ħajja” hi għodda li tipprovdik b'ħarsa lejn l-aspetti differenti tal-kwalità tal-ħajja f'pajjiżek u tagħtik il-possibbiltà li tqabbel lilek innifsek kemm ma' ċittadini bħalek f'pajjiżek kif ukoll mal-medja tal-UE u ta' Stati Membri oħrajn tal-UE. Wara li tagħżel pajjiż, tista’ tagħżel waħda mid-dimensjonijiet tal-kwalità tal-ħajja. Normalment, żewġ indikaturi differenti huma ppreżentati għal kull waħda minnhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, indikatur wieħed joffri informazzjoni dwar il-livell ta’ sodisfazzjon ta’ individwi, filwaqt li l-indikatur l-ieħor jipprovdi

Żgħażagħ Ewropej

“Żgħażagħ Ewropej” hi għodda li primarjament hi ddisinjata għaż-żgħażagħ li għandhom bejn 16-29 sena. Hi tipprovdi l-possibbiltà li tqabbel lilek innifsek ma' żgħażagħ irġiel u nisa f'pajjiżek. Din l-għodda hi intenzjonata wkoll għall-ġenituri, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, il-politiċi, l-għalliema, eċċ. li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar il-ġenerazzjoni żagħżugħa fl-Ewropa. “Żgħażagħ Ewropej” tikkonsisti f'mistoqsijiet bħal dawk ta' kwiżż dwar il-ħajja ta' żgħażagħ Ewropej dwar 4 temi differenti: jien u familti, jien u xogħli, jien u l-ħin liberu u l-istudji tiegħi, u jien u l-internet

Ir-Reġistru tar-Rappreżentanti ta' Gruppi ta' Interess tal-UE

L-app tar-Reġistru tar-Rappreżentanti ta' Gruppi ta' Interess tal-UE tuża informazzjoni mir- -"Reġistru ta' Trasparenza" tal-UE biex tippermettilek tqabbel ir-reġistranti u l-baġits allokati. Sabiex tipprovdi paraguni bejn il-baġits, l-app tuża d-dejta pprovduta mir-reġistranti jew, jekk din id-dejta mhix disponibbli, tagħżel il-punt nofsani tal-medda ta’ baġit. Id-dejta spiss tiġi aġġornata bis-sors l-aktar reċenti mill-Kummissjoni Ewropea. Jekk jogħġbok innota li l-app tista' ma taħdimx bl-aħjar mod possibbli fuq verżjonijiet eqdem tal-brawżers.

L-ESPLORATUR TAL-GĦAJNUNA TAL-UE

L-UE hi kollettivament l-akbar donatur fid-dinja, billi tipprovdi aktar minn €50 biljun fis-sena biex tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar u biex tavvanza l-iżvilupp globali. Hi impenjata li tonfoq dawn il-fondi kemm jista' jkun possibbli b’mod effettiv u li tagħti kont ta' għemilha liċ-ċittadini tal-UE. L-Esploratur tal-Għajnuna tal-UE jagħtik aċċess faċli għal dejta kompluta u preċiża dwar l-attività tad-donaturi madwar id-dinja. Billi tagħmel l-informazzjoni dwar il-proġetti aċċessibbli b'mod faċli, il-pajjiżi, il-benefiċjarji, iċ-ċittadini tal-UE u l-imsieħba ta' implimentar jistgħu jeżaminaw l

Il-Baġit tal-UE għar-Riżultati - Għażla ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE

Il-baġit tal-UE hu magħmul minn madwar 1% tal-ġid iġġenerat mill-ekonomiji tal-UE kull sena u jmur biex jiffinanzja proġetti li l-Istati Membri ma jistgħux jiffinanzjaw waħedhom. Biex ngħinu liċ-ċittadini jifhmu aħjar kif igawdu mill-fondi tal-UE, l-app "Il-baġit tal-UE għar-riżultati" fiha ġabra ta' aktar minn 500 proġett tal-UE ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Dawn il-proġetti jkopru t-tipi kollha ta' suġġetti bħall-impjieg, l-iżvilupp reġjonali, ir-riċerka, l-edukazzjoni u ħafna oħrajn. Għalissa l-app hi disponibbli bl-Ingliż u tista' tidħol fiha mill-kompjuter u mill-apparat mobbli.