Il-viewer tal-FSIE jagħmilha eħfef li tfittex l-investimenti kollha taħt firxa ta’ fondi tal-UE: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
Din l-għodda tuża dejta mill-programmi operazzjonali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u turi r-riżultati tat-tfittxija fuq mappa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali.
Tista’ tfittex skont il-pajjiż, ir-reġjun, it-tip ta’ programm operazzjonali, is-settur, jew il-miri ta’ investiment.
Ixxerja r-riżultati tat-tfittxija tiegħek onlajn jew iddawnlowdjahom bħala CSV, Word jew fajl PDF.