
L-Atlas tas-Sikurezza fit-Toroq huwa Mappa Ewropea tal-Aċċidenti tal-Kummissjoni Ewropea. L-Atlas tas-Sikurezza fit-Toroq jipprovdi l-istatistika tal-aċċidenti għal kull pajjiż Ewropew permezz ta' mapep interattivi u immaġnijiet satellitari. Ġie żviluppat biex iqajjem għarfien dwar il-politika tas-sikurezza fit-toroq tal-Ewropa. L-Atlas hu disponibbli għall-pjattaformi kollha (desktop, laptop, tablet u smartphone). L-informazzjoni ppubblikata fl-Atlas tiġi minn CARE, il-bażi tad-dejta tal-aċċidenti fit-toroq tal-Unjoni Ewropea. Tipprovdi interfaċċja faċli għall-utent biex jiskopri indikaturi aġġornati tas-sikurezza fit-toroq għall-pajjiżi Ewropej. L-informazzjoni hi strutturata skont it-temi.