ECBstatsApp - Applikazzjoni tal-istatistika għat-tablets | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

ECBstatsApp - Applikazzjoni tal-istatistika għat-tablets

ECBstatsApp hi app li tippermettilek taċċessa u turi l-istatistika li tinġabar mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), assistit mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-għan ewlieni ta' din l-istatistika hu li tappoġġja l-politika monetarja tal-BĊE, kif ukoll il-kompiti l-oħrajn tal-Eurosistema u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, inklużi l-kompiti relatati mal-istabbiltà finanzjarja.
L-app toffri viżwalizzazzjonijiet ta' dejta predefiniti dwar temi bħall-indikaturi ewlenin taż-żona tal-euro, ir-rati tal-kambju, il-prezzijiet, il-finanzi tal-gvernijiet, l-aggregati monetarji u r-rati ta' interess tal-banek. Għandha wkoll esploratur tad-dejta għan-navigazzjoni ġo fihom u dejta oħra skont il-kategorija ekonomika. L-aħħar statistika disponibbli tista' tiġi murija u esebita bħala tabelli, ċarts u mapep, issejvjata f'selezzjonijiet ta' dejta speċifiċi, jew esportata u skambjata f'diversi formati (bħal .csv, .pdf jew immaġnijiet).
Is-sors tad-dejta fl-app hi l-iStatistical Data Warehouse tal-BĊE, li tinkludi d-dejta prodotta mhux biss mill-BĊE iżda wkoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn (bħal Eurostat u l-Fond Monetarju Internazzjonali).
L-app hi bbażata fuq l-SDMX, standard tal-ISO (ISO 17369: 2013) għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika, li hu sponsorjat mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-BĊE, Eurostat, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji.
L-app hi disponibbli bla ħlas għat-tablets Android jew iOS.

Publication Date
Nature
Sit web
Charge
BLA ĦLAS
Author
Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Data Source
Statistical Data Warehouse tal-BĊE
Subject
Statistika
Functionality
Data visualisation
Downloadable graphics
Maps
Statistics

Text of this article