KEEP hija bażi tad-dejta li hija l-uniku sors ta’ informazzjoni aggregata dwar il-proġetti u l-benefiċjarji ta’ programmi tal-Unjoni Ewropea ddedikati għall-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali fi ħdan l-UE, u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien.
Il-bażi tad-dejta hi mmexxija mill-programm Interact, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u l-programmi transfruntieri l-oħra taħt Interreg, Interreg-IPA u ENPI.
Hija tkopri l-perjodi 2000-06 u 2007-13 u issa l-perjodu 2014-20 ukoll.
Il-bażi tad-dejta toffri firxa wiesgħa ta’ riżultati ta’ tfittxija, minn ħarsa ġenerali fil-livell Ewropew tal-proġetti ta’ dawn il-programmi sa riżultati dettaljati bħal informazzjoni ta’ kuntatt ta’ msieħba prinċipali jew l-objettiv speċifiku ta’ programm li proġett jikkontribwixxi għalih.