KH HIT-CITY | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

KH HIT-CITY

Qed tippjana vjaġġ? Qed tfittex informazzjoni dwar belt? Kurjuż dwar lokalità partikolari, iżda għajjejt tgħarrax fuq l-Internet? KH HIT-CITY tista’ tkun għalik.

KH HIT-CITY hi app tal-mowbajl li tiffoka fuq l-ibliet li tgħinek tiskopri lokalità.
Tgħaqqad flimkien il-Google Maps, il-Google Street View, il-Wikipedia, it-tbassir tat-temp, ir-ristoranti, it-teatri, l-ispiżeriji, l-avvenimenti, ir-ritratti, il-filmati u bosta karatteristiċi u temi oħrajn f’app waħda.

Ittajpja l-post li jinteressak, jew għid ismu fil-mikrofonu tal-apparat tiegħek u tista’ ssib dak kollu li għandek bżonn tkun taf: mill-waqfiet tax-xarabank sar-rati tal-kriminalità, mill-istorja sal-ekonomija lokali, mill-parrukkiera sal-kotba ta’ referenza — u, ovvjament, il-mapep.

M’hemmx għalfejn terġa’ ddaħħal l-istess terminu tat-tfittxija fuq siti tal-internet differenti, jew tiftaħ diversi tabs fil-brawżer tiegħek: kemm taqleb bejn it-tabs u l-widgets differenti fi ħdan l-istess app.

Esplora KH HIT-CITY — il-versatilità tagħha se tissorprendik.

Se jkollok bżonn Android 5.0 (Lollipop) jew ogħla.
KH HIT-CITY hi disponibbli bl-Ingliż.

Publication Date
Nature
Applikazzjoni
Charge
BLA ĦLAS
Author
Chris Ngui (KamaHapa.com)
Data Source
il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (JRC)
GHSL - Global Human Settlement Layer datasets
Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana
Sorsi ta’ data multipli
Subject
Portal ta’ skoperta
Functionality
Cartography
Comparative results
Data visualisation
Information analysis
Maps
Application from EU / Third party
Third party
Language
Malti (mt)

Text of this article

Images in this article

Download images