L-enerġija hi essenzjali għall-ħajja tagħna ta’ kuljum. Li nixegħlu l-kompjuter jew insuqu l-karozza tidher xi ħaġa li nagħmluha bla ħsieb ta’ xejn, iżda dawn huma l-aħħar stadju ta’ proċess kumpless, mill-estrazzjoni għall-konsum finali. L-istatistika tista' tgħin sabiex tagħmel dan il-proċess kumpless tal-enerġija jinftiehem aħjar. Dan hu l-għan ta' Nixħtu dawl fuq l-enerġija fl-UE — Tur iggwidat tal-istatistika tal-enerġija. Dan it-tip ġdid ta’ pubblikazzjoni diġitali jwieġeb l-aktar mistoqsijiet frekwenti dwar l-enerġija b'mod oriġinali u interattiv. Kemm dawk li mhumiex familjari mas-settur tal-enerġija kif ukoll esperti fil-qasam se jsibu xi ħaġa ta’ interess...