Każijiet ta’ Użu | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

Każijiet ta’ Użu

Instabu 910 riżultat
Skip results of view Każijiet ta’ Użu

Bnadar ħomor

Il-proġett Bnadar Ħomor jgħin biex fl-Ungerija l-akkwist pubbliku jsir aktar trasparenti u jappoġġja l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-proċess tal-akkwist. Din l-għodda interattiva tgħin biex jinstabu r-riskji ta’ frodi f’diversi stadji tal-proċess ta’ akkwist, billi tuża algoritmu speċjali biex jiċċekkja dokumenti tal-akkwist fit- Tenders Electronic Daily (TED) u biex jiffiltra dokumenti “riskjużi”. L-abbonati jiġu avżati meta dokumenti tal-akkwist kklassifikati bħala “riskjużi” huma ppubblikati. Għalkemm il-kelma “riskjużi” ma tfissirx neċessarjament korrotti, id-dokumenti tal-akkwist b

Consilium Vote

Il-ConsiliumVote.eu huwa sit web li jipprovdi dejta ppubblikata mis- settijiet tad-dejta tal-votazzjoni u tad-dokumenti tal-Kunsill. Żviluppat f'24 siegħa biss (li jiġġustifika xi imperfezzjonijiet li fih), dan is-sit web rebaħ id- Diplohack li sar fi Brussell fi tmiem April 2016. It-taqsima SEARCH tippermetti lill-utenti jiffiltraw il-voti kollha disponibbli fil-Kunsill skont id-data, il-qasam politiku, il-konfigurazzjoni tal-Kunsill, ir-regola ta' votazzjoni u l-kliem ewlenin. Barra minn hekk, kull vot fil-lista tar-riżultati jista' jintgħażel biex juri l-informazzjoni kollha relatata. It

EU Integrity Watch

L-EU Integrity Watch tgħin biex timmonitorja d-deċiżjonijiet li jsiru mill-politiċi fl-UE. F'din il-pjattaforma l-utenti jistgħu jiċċekkjaw il-kunflitti ta' interess potenzjali, l-influwenza indebita jew anke l-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet tal-UE. Id-dejta tal-UE Integrity Watch tittieħed mis-siti web tal-Kummissjoni Ewropea (għal-laqgħat tal-lobbyists), tal-Parlament Ewropew (għad-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji) u mir- Reġistru tat-Trasparenza tal-UE (għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-lobbyists). Din id-dejta tiġi miġbura, armonizzata u tkun disponibbli

Parltrack

Parltrack hi inizjattiva għat-titjib tat-trasparenza tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Hi bażi tad- data ta' informazzjoni dwar il-proposti ta' politiki, l-MEPs, ir-riżultati tal-votazzjoni u l-aġendi tal-kumitati. Meta tuża Parltrack hu faċli li tara f'daqqa t'għajn liema proposti qed ikunu ttrattati minn liema kumitati u MEPs, u tittraċċa l-progress tal-proposti permezz ta' email u tal-RSS. U tista' wkoll tidħol aktar fid-dettall, billi tagħmel cross-reference għad-diversi settijiet tad- data biex takkwista aktar informazzjoni ddettaljata. Pereżempju, l-immeċċjar tal-ismijiet u t-titli tal-proposti

tendertracking

L-għan ta' dan il-portal hu li jagħmel l-infiq pubbliku fl-Ungerija ( www.tendertracking.eu/), ir-Rumanija ( www.ro.tendertracking.eu/) u l-Polonja ( www.pl.tendertracking.eu/) aktar responsabbli b'mod pubbliku. Hu jirrejtja l-attivitajiet kuntrattwali billi juża indikatur kompost, l- Indiċi tar-Riskju ta' Korruzzjoni (CRI). Is-CRI MA TURIX każijiet partikulari ta' korruzzjoni. Li tagħmel hu li tiġbed l-attenzjoni għar- riskju ta' korruzzjoni. Hi tagħmilha possibbli għall-utenti li jiċċekkjaw sa liema punt każ ta' akkwisti pubbliċi jinsab f'riskju, u għaliex. Sejħiet għall-offerti u avviżi ta'

EMIS

B'madwar 185,000 km ta' linji tal-kosta, l-ibħra tal-Ewropa kellhom rwol ewlieni fl-iffurmar tal-ġeografija ekonomika u kulturali tan-nazzjonijiet kontigwi. Illum il-ġurnata l-għerf xjentifiku dwar l-Ibħra Ewropej hu l-bażi biex wieħed jifhimhom u jipproteġihom. Is-sit web tas- Sistema ta' Informazzjoni tal-Marina Ambjentali (EMIS) jipprovdi informazzjoni dwar it-tħaddim intern tal-ibħra reġjonali Ewropej, bl-użu ta' varjabbli bijoloġiċi u fiżiċi ġġenerati permezz ta' mudelli idrodinamiċi u bl-osservazzjoni mill-bogħod tas-satelliti. L-utenti jistgħu faċilment jaċċessaw l-informazzjoni marina

Vote Watch

Inti interessat fil-monitoraġġ tal-voti tal-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) jew tal-ministri fil-Kunsill tal-UE? Trid tara kif l-istati membri qed jivvotaw? Tixtieq tkun taf aktar dwar kif qed jifformaw koalizzjonijiet bejn gruppi politiċi Ewropej? Din l-applikazzjoni web tagħtik l-opportunità li tiskopri din l-informazzjoni kollha, u aktar, biex tifhem aħjar x'qed isir bil-politiki tal-UE. VoteWatch Europe hi organizzazzjoni nongovernattiva li tittraċċa l-voti tal-politiċi Ewropej. Is-sit web tagħha ilu jkopri l-attivitajiet kollha fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri minn Lulju

  • Trasport

TranquilienPDF

Application providing travel advice for public transport

d-portal.org

Għajnuna, żvilupp, riżorsi umanitarji: minn fejn jiġu r-riżorsi, u fejn imorru? d-portal.org jittrekkja l-flussi tar-riżorsi u jgħin biex jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet. Is-sit jippreżenta dejta reċenti, kurrenti u futura u jqabbilha bejn is-sorsi tad-dejta. Il-bażi tiegħu hi d-dejta ppubblikata permezz tal- Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI) u d-dejta aggregata ppubblikata għas-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri tal- OECD DAC. Agħżel pajjiż jew donatur u esplora kif jintefqu l-flus ta' għajnuna – minn numri aggregati, ta' livell għoli għal dettalji speċifiċi ta

  • Ambjent

PäästötPDF

Website providing information on pollution emissions in European countries