OpenTrials | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

OpenTrials

OpenTrials hi bażi tad-data tal-provi kliniċi.

Għandha l-għan li ssib, tqabbel u tiskambja d-data u d-dokumenti pubblikament aċċessibbli, dwar il-provi kollha magħmulin – fuq il-mediċini u t-trattamenti l-orħajn – b’mod globali.

Il-proġett hu maħsub biex tiżdied it-trasparenza fil-provi kliniċi tar-riċerka fid-dinja u biex jittejjeb l-aċċess għar-riċerka.

L-intenzjoni hi li jinħoloq indiċi miftuħ, bla ħlas b’użu mill-ġdid ta’ din ix-xorta ta’ informazzjoni, biex jiżdiedu l-iskoperti, tiġi ffaċilitata r-riċerka, tiġi identifikata data  inkonsistenti, ikunu possibbli l-awditi dwar id-disponibbiltà u l-kompletezza ta’ din l-informazzjoni, tkun appoġġjata l-ġustifikazzjoni għal data aħjar u jimxu ’l quddiem l-istandards madwar id-data miftuħa fil-mediċina bbażata fuq l-evidenza.

Il-proġett, disponibbli bl-Ingliż, għadu fil-verżjoni beta tiegħu.

Publication Date
Nature
Sit web
Charge
BLA ĦLAS
Author
Open Knowledge International
Data Source
EU Clinical Trials Register
Sorsi ta’ data multipli
Subject
Riċerka medika
Functionality
Database
Application from EU / Third party
Third party
Language
Malti (mt)

Text of this article