Ludwig: sib is-sentenza tiegħek | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

Ludwig: sib is-sentenza tiegħek

Kemm tieħu ħin biex tikteb idea b’Ingliż tajjeb?
Int tfittex traduzzjonijiet awtomatiċi, blogs u forums, tipprova ssib il-kelma jew is-sentenza perfetta biex tesprimi l-ideat tiegħek? Jekk dan hu l-każ, mela wasal il-waqt li tipprova lil Ludwig.guru.

Ludwig hu traduttur intelliġenti u magna tat-tfittxija lingwistika. Hu jiffoka fuq l-użu tal-lingwa aktar milli fuq ir-regoli u l-grammatika.

Ittajpja s-sentenza tiegħek bl-Ingliż f’Ludwig u hu għandu jsib – fi ftit millisekondi – eżempji ta’ min joqgħod fuqhom u pertinenti biex tqabbel is-sentenza tiegħek magħhom.
Fittex terminu u l-algoritmu se jsib l-eżempji tal-użi tiegħu f’kuntesti differenti.
Mhux biżżejjed?
Allura ttajpja sentenza b’lingwa apparti l-Ingliż, u Ludwig se jqabbel it-traduzzjoni Google ta’ din is-sentenza ma’ miljuni ta’ sentenzi korretti bl-Ingliż storjati fil-bażi tad-data ġganteska tiegħu.

Fl-2014, tim żgħir ta’ żgħażagħ, mill-miljuni ta’ kelliema mhux nattivi tal-Ingliż hemm barra, iddeċidew li jittrattaw il-ġlieda ta’ kuljum tagħhom b’mod innovattiv.
Sentejn wara twieled Ludwig.guru, u minn dakinhar ’l hawn is-suċċess tiegħu baqa’ jiżdied b’mod konsistenti.
Sadattant l-iżvilupp ta’ karatteristiċi oħrajn għadhom għaddejjin: wara li żiedu funzjonijiet ta’ tfittxija avvanzata, dizzjunarju bl-Ingliż u app għad-desktop, it-tim ta’ Ludwig qed jiżviluppa app. għal mowbajl.

Wisq tajjeb biex jitwemmen? Sempliċement ipprovah.

Hu bla ħlas għal użu moderat (massimu ta’ 12-il tfixxija kuljum). Karatteristiċi msaħħin u mistoqsijiet bla limitu huma disponibbli b’abbonament bi prezz baxx fix-xahar jew fis-sena.

Publication Date
Nature
Sit web
Applikazzjoni
Charge
BLA ĦLAS
LIĊENZJA
Author
ludwig.guru
Data Source
il-Parlament Ewropew
Sorsi ta’ data multipli
Subject
Lingwa
Traduzzjoni
Functionality
Comparative results
Database
Application from EU / Third party
Third party
Language
Malti (mt)

Text of this article