EFSA to the people | data.europa.eu
Skip to main content
European data
data.europa.eu
Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea

EFSA to the people

L-ikel huwa essenzjali għall-ħajja. U s-sikurezza tal-ikel hija kruċjali għal saħħitna.

Tiftakarha l-kriżi tal-mad cow disease tar-Renju Unit (enċefalopatija sponġiformi bovina - BSE) jew il-kwistjoni tad-diossina Belġjana? Fis-snin disgħin, serje ta’ kriżijiet tal-ikel kixfet nuqqasijiet serji fis-sistema tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel, li dgħajfu l-fiduċja tal-konsumatur.  B’riżultat ta’ dan, twaqqfet l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) . Bilkemm għaddew 20 sena, u issa l-konsumaturi Ewropej huma fost l-iktar konsumaturi protetti u infurmati fid-dinja dwar ir-riskji fil-katina alimentari.

L-EFSA hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Hija tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b’parir xjentifiku imparzjali ta’ kalibru għoli dwar ir-riskji relatati mal-ikel, u b’hekk tgħin biex tipproteġi lill-konsumaturi Ewropej. Fl-istess waqt, din taħdem biex jingħalaq id-distakk bejn ix-xjenza u l-konsumatur billi tinforma lill-pubbliku minnufih dwar riskji eżistenti u emerġenti relatati mal-katina tal-ikel.

Fl-2016, l-EFSA organizzat premju għall-innovazzjoni - kompetizzjoni Hackathon għal żviluppaturi u disinjaturi mill-Ewropa kollha, biex joħolqu app li tagħti aċċess faċli għall-ħidma tal-EFSA.

L-app “EFSA to the people” hija r-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni. 

Din l-app, li tista’ taċċessaha mill-mowbajl, tippermettilek:

  • tagħmel mistoqsijiet fis-sit web tal-EFSA u tikseb informazzjoni
  • tiċċekkja l-aħħar xirja tal-ikel tiegħek billi tiskenja l-barcode tiegħu
  • taqra l-aħħar aħbarijiet ippubblikati fis-sit web tal-EFSA.

L-app hi disponibbli bl-Ingliż.

Publication Date
Nature
Applikazzjoni
Charge
BLA ĦLAS
Author
l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
Data Source
l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
Subject
Sigurtà alimentari
Nutrizzjoni
Functionality
Data visualisation
Application from EU / Third party
EU
Language
Malti (mt)

Text of this article